Hekk kif illum sar l-AĠM tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal, numru ta’ emendi daħlu fis-seħħ, b’mod speċjali dik dwar il-barranin.
Ir-regoli ġodda issa jippermettu lil klabb tal-Premier li jirreġistra kemm irid plejers barranin minn pajjiż fl-Unjoni Ewropea u sa masimu ta’ 4 barranin minn barra l-Unjoni Ewropea.
FIl-line up tal-logħba issa kull klabb tal-Premier jista’ jkollu erba’ barranin imma tnejn biss jistgħu jilgħabu fl-istess ħin.
Qabel dan it-tibdil, kien permess li wieħed jirreġistra sa ħames barranin, li tlieta minnhom jitniżżlu fil-line up u jistgħu jilgħabu f’daqqa.
Filwaqt li dawn in-numri japplikaw għal klabbs tal-Premier, dawk fl-Ewwel Diviżjoni jistgħu jużaw nofs l-ammont ta’ barranin waqt li fl-eventwalita’ li jkun hemm diviżjonijiet oħra, klabbs li jipparte1ipaw fihom ma jistgħux jużaw barranin.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futsal lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

