Futbol Sport

ESKLUSSIVA – Nadur Youngsters relegati u multa ta’ 4,000 ewro

Il-paġna ta’ Replay fuq Facebook dalgħodu qed tirraporta b’mod esklussiv li l-klabb ta’ Nadur Youngsters ġew infurmati mill-MFA li d-deċiżjoni b’rabta mal-każ ta’ koruzzjoni li kien hemm fi Frar li għadda, fejn żewġ plejers ta’ Xewkija Tigers kixfu żewġ persuni li ppruvaw jixtruhom u li wieħed minn dawk li għamel din l-azzjoni kien segretarju ta’ Nadur, hi li l-klabb hu relegat għat-tieni diviżjoni Għawdxija u multa ta’ 4,000 ewro. Nadur Youngsters jistgħu jappellaw minn din id-deċiżjoni.