F’għeluq it-300 sena minn meta nħadem il-kwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja, nhar il-Ħadd dan il-kwadru se jinhareg f’pellegrinaġġ wara 64 sena.
L-aħħar li l-inkwadru nħareġ min-niċċa kien fl-1951.
Matul dawn l-aħħar 300 sena kienu bosta l-Maltin devoti li niżlu għarkubbtejhom quddiem dan l-inkwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja fis-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar. Kienu wkoll bosta l-Maltin li talbu, bkew, raddew ħajr, ppreżentaw it-trabi tagħhom, offrew l-ħajja miżżewġa fil-bidu tagħhom kif ukoll resqu quddiemu fl-aktar mumenti diffċli ta’ ħajjiethom.
Il-pellegrinaġġ bil-kwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja se jibda għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija, akkumpanjat minn Rużarju meditat, filwaqt li aktar tard il-kwadru se jkun akkumpanjat miż-żewġ baned ta’ Ħaż-Żabbar.
Din se tkun ġrajja unika għar-raħal u għall-paroċċa ta’ Ħaż-Żabbar, b’devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja.
//= $special ?>