Il-Pulizija qed tinvestiga żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ wara li deher fuq filmat li ttella’ fuq l-internet fejn allegatament il-Malti beda jiċċettja fuq Skype l-għan li jara tfajla ta’ taħt l-eta’, ta’ 13-il sena, tinża’ għarwiena.
L-akkużi saru f’filmat li ttella’ minn grupp ta’ barranin u li flimkien mal-Malti allegatament juru iktar żagħżagħ u rġiel barranin jixgħelu l-webcam fuq Skype mingħalihom li se jaraw lit-tifla ta’ 13-il sena.
Imma li ma kinux jafu dawn il-persuni hu li ż-żgħażagħ kienu qed jilgħabuhom tant li wara ftit żvelaw l-identita’ tagħhom. Malli raw hekk l-irġiel kollha tfew il-webcam tagħhom u temmew il-konverżazzjoni.
Imma kollox kien tard wisq hekk kif il-filmat ittella’ fuq Facebook u fi ftit minuti beda jixxerred fuq Facebook, inkluż f’Malta. Dan is-sit mill-ewwel irraporta l-istorja u mmedjatament wara l-Pulizija mill-Vice Squad u s-Cyber Crime Unit ħadu l-passi meħtieġa u bdew l-investigazzjoni.
//= $special ?>

