Il-plejer internazzjonali Ingliż Sam Magri, li għalaq 21 sena f’Marzu li għadda, hu interessat li jilgħab għat-tim nazzjonali Malti.
Preżentament l-MFA qed taħdem bis-sħiħ biex sa Settembru li ġej ikunu finalizzati d-dokumenti kollha meħtieġa biex Magri jkun jista’ jilgħab għal Malta.
Kelliem għoli għall-MFA kkonferma ma’ dan is-sit li jinsab fiduċjuż li Magri se jilbes il-flokk tat-tim nazzjonali Malti u jista’ jkun utilizzat kemm mill-kowċ tal-kbar Pietro Ghedin kif ukoll mill-kowċ ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella.
In-nannu ta’ Sam hu Malti u sa llum dan il-plejer lagħab mat-tim nazzjonali tal-Ingilterra ta’ taħt is-16, 17, 18 u 19-il sena.
Fl-eta’ ta’ 16-il sena kien ikkonsidrat bħala wieħed mill-iktar plejers promettenti fl-Ingilterra tant li saħansitra kien captain tal-Ingilterra f’numru ta’ partiti u rrappreżenta lill-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena fil-Messiku.
Fil-livell taż-żgħar hu lagħab 31 darba mal-Ingilterra u skurja darbtejn.
Magri, li jilgħab fil-pożizzjoni ta’ difensur, kien irreġistrat ma’ Queens Park Rangers imma ntbagħat b’self ma’ Nuneaton Town FC qabel ġie released mill-klabb tal-Premiership Ingliż.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

