Tim ta’ uffiċjali Maltin ikkontrollaw il-partita’ bejn Ġibilta’ u l-Ġermanja, valida għall-kwalifikazzjoni tal-EURO 2016, li ntemmet 7-0 favur il-Ġermaniżi.
Ir-referee tal-partita kienClayton Pisani, akkumpanjat mill-assistenti Mitchell Scerri u Duncan Sultana u l-assistenti referees addizzjonali Marco Borg u Adrian Azzopardi. Ir-raba’ uffiċjal kien Roberto Vella.
Din hi l-ewwel logħba internazzjonali kkontrollata minn sitt uffiċjali Maltin waqt li Clayton Pisani se sar l-ewwel referee Malti li kkontrolla logħba internazzjonali kompetittiva ta’ nazzjon li hu l-holder tat-Tazza tad-Dinja.
Din l-opportunita’ saret realta’ grazzi għall-ħidma tad-Dipartiment tar-Refereeing fi ħdan l-MFA, immexxi minn Adrian Casha … ħidma li wasslet għall-fiduċja miksuba minn pajjiżna fil-qasam tar-refereeing.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).



