Il-goalkeeper ta’ 27 sena Valerio Senatore ssieħeb ma’ Balzan F.C. wara l-avventura tiegħu ma’ Floriana.
Qabel inġieb f’Malta minn Floriana fl-istaġun li għadda, Senatore lagħab ma’ numru ta’ klabbs fl-Italja fosthom Genoa, Cavese, Scafatese, Crotone, Vibonese, Campobasso u FC Fondi fejn kellu staġun tajjeb (2013/14) u lagħab regolarment fis-Serie D biex attira l-attenzjoni ta’ Floriana.
Din l-aħbar kienet żvelata minn dan is-sit ilbieraħ.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

