Internazzjonali

Annimali slavaġ fit-toroq ta’ Tbilisi…

Numru ta’ annimali slavaġ – fosthom tigri, iljuni u hippopotami – ħarbu mill-enclosures ta’ zoo fi Tbilisi wara li għargħar qawwi qered is-sezzjonijiet tal-kumpless u ħalla kaos sħiħ fil-belt kapitali ta’ Georgia.

Talanqas tmien persuni mietu b’konsegwenza diretta tal-għargħar, bil-pulizija jkunu kostretti li joqtlu numru ta’ annimali minħabba t-tħassib dwar is-sigurta.

Mifhum li l-annimali slavaġ damu żmien jiġru ħielsa fit-toroq ta’ Tbilisi, bil-pulizija tagħmel li tista’ biex tikkontrolla s-sitwazzjoni.

L-awtoritajiet, ‘il quddiem, irnexxielhom jaqbdu uħud mill-annimali anki waqt li l-ħelicopters kienu qed jappoġġjaw missjoni ta’ ‘search and rescue’ fl-inħawi. Intant, għexieren ta’ nies fiz-zona ta’ Tbilisi jinsabu mingħajr dar wara li r-residenzi tagħhom inqerdu jew għerqu taħt il-gliegel tat-tajn li faqgħu l-inħawi