Fi triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar ftit tal-ħin ilu seħħ attentat ta’ hold-up fuq stabbiliment tal-logħob.
Huwa mifhum li fl-attentat il-ħalliel spiċċa ma’ seraq xejn hekk kif il-ħaddiem li kien fl-istabbiliment irrifjuta l-ordinijiet tal-ħalliel.
Wara ġlieda qasira bejn il-ħalliel u l-ħaddiem, l-ħalliel ħarab. Il-ħaddiem, żgħażugħ ta’ 23 sena minn San Ġwann sofra xi ġrieħi ħfief wara li l-aggressur tah daqqa ta’ pistola tal-logħob.
L-agrressur ħarab mill-post u l-pulizija bħalissa għaddeja bi tfittxija.
Aktar dettalji dwar dan il-każ meta jaslulna.
//= $special ?>