Il-Mibgħut Speċjal tal-Prim Ministru Muscat għall-Affarijiet Ewropej fi Brussell, Cyrus Engerer, fl-aħħar jiem inqabaq u nkixef li gideb meta fuq Facebook iddikjara li hu x-‘Sherpa’ tal-Prim Ministru fi Brussell.
Cyrus Engerer, li jinsab taħt sentenza kriminali effettiva meta sena ilu fil-Qorti tal-Appell kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal sentejn, issa hu konfermat li mhuwiex ix-‘Sherpa’ tal-Prim Ministru Muscat fi Brussel’. Ix-‘Sherpa’ huma l-konsulenti għall-Affarijiet Ewropej għall-Kapijiet tal-Istati membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-gazzetta il-mument zvelat li kien il-Prim Ministru nnifsu li ddikjara li Cyrus Engerer, mhux ix-‘Sherpa’. Din it-taħwida dwar il-Mibgħut Speċjali tal-Prim Ministru fl-Unjoni Ewropea, inkixfet f’risposta li ta l-Prim Ministru stess meta wieġeb fil-Parlament mistoqsija tal-Viċi Kap għall-Ħidma fil-PN, Beppe Fenech Adami.
Il-Prim Ministru kien mitlub iwieġeb x’inhi n-nomenklatura ta’ Jonathan Cardona li jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru; jgħid jekk Jonathan Cardona hux ‘Sherpa’ fi ħdan l-Unjoni Ewropea; u jgħid ukoll min hu x-‘Sherpa’ – jekk hux Cyrus Engerer jew Jonathan Cardona.
Ir-risposta tal-Prim Ministru kienet sempliċi u li tikxef li x-‘Sherpa’ hu Jonathan Cardona.
Iżda f’Marzu li għadda, Cyrus Engerer, ħati li xerred ritratti pornografiċi tal-ekspartner tiegħu, ma’ persuni oħrajn biex ipattihielhu talli telqu u javvelih ma’ sħabu u anke ma’ min iħaddmu, iddefenda fuq Facebook il-pakkett finanzjarju li għandu fi Brussel bħala x-‘Sherpa’ ta’ Muscat. Qal ukoll li hu jakkumpanja lil Muscat għal kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew.
Fuq Facebook kien kiteb li hu akkreditat għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fisser ukoll li ħafna rappreżentanti permanenti fl-UE għandhom ukoll ir-rwol ta’ ‘Sherpa’, li hu r-rappreżentant personali tal-Prim Ministru għall-istituzzjonijiet Ewropej.
il-mument fl-aħħar ġimgħat żvela kif il-Gvern Malti ħareġ passaport diplomatiku lill-ekskandidat Laburista Cyrus Engerer, wara li kien tah impjieg fi Brussell b’pakkett finanzjarju ta’ €85,000 fis-sena, minkejja s-sentenza kriminali kontrih mill-Qorti tal-Appell.
//= $special ?>