Futbol Sport

Esklussiva: Iffirmat ftehim li se jġib “era ġdida” għal Sliema Wanderers

Dan is-sit jista’ jiżvela li qabel l-AĠM ta’ Sliema Wanderers ġie ffirmat ftehim importanti bejn il-klabb u Next Champions TV.

Dan il-ftehim ta’ ħames snin qed jiġi deskritt bħala “era ġdida li mistennija tpoġġi fuq livell ġdid kemm lil Sliema Wanderers imma wkoll lill-futbol Malti.

Il-ftehim iġib fi tmiemhom b’mod pożittiv diskussjonijiet ta’ sentejn b’ħidma b’mod speċjali mill-President Keith Perry.

Iktar dettalji dwar dan il-ftehim fuq il-paġna Replay (Net Television).