Il-ftehim li Sliema Wanderers iffirmaw dalgħodu ma’ NC TV hu wieħed importanti ħafna u mistenni jwassal ukoll biex il-klabb iħabbar plejers u uffiċjali ta’ isem fil-jiem li ġejjin.
Replay jista’ jiżela l-ewwel isem, dak tal-persuna ta’ fiduċja ta’ Fabio Capello, Italo Galbiati, li se jkun id-Direttur Tekniku ta’ Sliema Wanderers.
Galbiati, li llum għandu 77 sena, ilu jaħdem mill-qrib ma’ Capello għal snin twal. Wara esperjenza ta’ kowċ ma’ A.C. Milan, Galbiati ntagħżel mill-istess Capello bħala l-assistent tiegħu ma’ Milan stess, kif ukoll Roma, Juventus, Real Madrid u mat-timijiet nazzjonali tal-Ingilterra u r-Russja.
Galbiati hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa uffiċjali li qatt ipproduċiet l-Italja.


