IL-ĠURNALI L-ĦADD 14 TA’ ĠUNJU 2015
IL-MUMENT tiżvela kif ħaddiema tal-gvern tqabddu jagħmlu xogħlijiet biex jinqeda l-Ministru Joe Mizzi f’nħawi li l-Ministru jiffrekwenta ta’ spiss. Il-Mument fi storja oħra titkellem dwar każ fejn qiegħed jiġi allegat li priġunier Malti ssawwat minn priġunieri Għarab wara li dawn allegatament tqabbdu minn uffiċjal tal-ħabs.
THE SUNDAY TIMES OF MALTA fil-faċċata titkellem dwar l-iskandlu ta’ Strada Zekka u tgħid li l-ftehim ma’ Gaffarena jista’ jittieħed lura. Tgħid ukoll li l-Prim Ministru Joseph Muscat ser jieħu l-parir ta’ l-Avukat Ġenerali b’rabta ma’ dan il-każ. L-istess storja tinstab ukoll f’THE MALTA INDEPENDENT. Il-gazzetta MALTATODAY ukoll għandha dan l-iskandlu bħala l-istorja prinċipali tagħha fejn tiżvela li kien Gaffareno nnifsu li beda l-proċess li wassal għal ftehiem kontroversjali.
Fi storja oħra THE MALTA INDEPENDENT tiżvela kif l-istess kuntrattar li ta’ l-konkrit kontroversjali għall-isptar Mater Dei issa huwa parti mill-konsorzju li qiegħed jibni l-Power Station l-ġdida.
Il-gazzetta tal-GWU, IT-TORĊA, titkellem dwar allegat ċirku ta’ spjuni f’entitajiet pubbliċi sabiex l-eks Ministru Tonio Fenech isir jaf informazzjoni sensittiva saħansitra qabel il-gvern stess u dan fi żmien meta l-istess Tonio Fenech kien għadu Ministru.
Il-gazzetta tal-Partit Laburista, KULLĦADD tiftaħ attakk qawwi kontra l-preżentatur ta’ Radio 101 David Thake talli l-istess Thake għamel telefonata waqt il-programm tiegħu u staqsa xi mistoqsijiet dwar l-universita’ f’Żonqor Point. Kullħadd tgħid li dan huwa attentat mill-PN biex inaffar l-investiment.
ILLUM minn naħa l-oħra titkellem dwar l-isptar l-ġdid tal-onkoloġija u problemi li potenzjalment kien ser ikun hemm minħabba xi apparat mediku.
//= $special ?>
