Lokali

Il-PN jgħid li l-fenek tal-Cafe’ Premier inbidel f’ħanżir ta’ Strada Zekka

Il-propjeta' li kienet fiċ-ċentru ta' dan il-każ

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li fl-iskandlu tal-Cafe’ Premier, Muscat iltaqa’ personalment u nnegozja hu deal jinten li wassal biex il-poplu Malti u Għawdxi ħallas €4.2 miljun lil negozjant li fallielu n-negozju. Dakinhar, Muscat kien qal li l-Gvern “għaġġel bħall-fenek” u li sar id-deal għax il-Gvern ma kellux esperjenza.

L-istqarrija tkompli tgħid li fl-istess żmien li kien qed jgħid hekk, il-Gvern kien qed jinnegozja deal ieħor jinten ma’ Gaffarena – deal skandaluż b’riħa tinten ta’ korruzzjoni. F’dan id-deal, il-Gvern mhux għaġġel bħall-fenek, iżda tħanżer bħall-ħanżir.

Il-fenek tal-Cafe’ Premier inbidel f’ħanżir ta’ Strada Zekka temm jgħid il-Partit Nazzjonalista fl-istqarrija.