Lokali

FILMAT: Karozza tieħu n-nar fi Triq Garibaldi

Wara li karozza ħadet in-nar fi Triq Garibaldi ftit tal-ħin is-sitwazzjoni rritornat għan-normal u t-triq issa hija miftuħa għat-traffiku.

Aktar kmieni…

Wara li karozza ħadet in-nar fi Triq Garibaldi f’Ħal Luqa l-pulizija kienet kostretta tgħalaq it-triq fid-direzzjoni ta’ Ħal Luqa sakemm is-sitwazzjoni tiġi kkontrollata.

Il-pulizija fi stqarrija avżat li s-sewwieqa għandhom jevitaw Triq Garibaldi fid-direzzjoni ta’ Ħal Luqa.