Il-Qorti Kriminali Internazzjonali sejħet sabiex l-Afrika t’Isfel tarresta lil President tas-Sudan Omar al-Bashir li bħalissa jinstab fil-pajjiż waqt summit ta’ l-Unjoni Afrikana. Bashir huwa mfittex fuq rejati tal-gwerra b’rabta mal-kunflitt f’Darfur.
L-appell tal-Qorti Kriminali Internazzjonali iżda waqa’ fuq widnejn torox hekk kif minflok il-gvern tal-Afrika t’Isfel offrew merħba lil President tas-Sudan.
Bosta mexxeja fi ħdan l-Unjoni Afrikana saħqu li l-Qorti Kriminali Internazzjonali kienet qegħda tpoġġi l-mira b’mod inġust fuq mexxeja Afrikani tant li l-Unjoni Afrikana issa għandha storja twila ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni mal-Qorti Kriminali Internazzjonali.
Osservaturi politiċi saħqu li minkejja li bħala firmatarja ta’ l-Istatut ta’ Ruma l-Afrika t’Isfel hija obbligata tarresta lil President Bashir ġa la darba dan jidħol fil-pajjiż iċ-ċans li jiġri hekk huwa prattikament ineżistenti.
//= $special ?>

