Internazzjonali

Ir-Russja u ċ-Ċina jistudjaw bir-reqqa d-dokumenti ta’ Snowden

Dokumenti żvelati mill-whistleblower Amerikan Edward Snowden wasslu sabiex l-awtoritajiet Ingliżi kellhom jagħmlu ċaqliq kbir fejn jidħlu membri tas-servizzi sigrieti Ingliżi. Dan wara li skond The Sunday Times ta’ l-Ingilterra ċ-Ċina u Moska kienu studjaw bir-reqqa d-dokumenti żvelati minn Snowden aktar minn sentejn ilu.

Snowden li llum jgħix fir-Russja kien żvela numru kbir ta’ dokumenti f’Ġunju 2013 u sorsi informati sostnew li l-istess Snowden għad għandu aktar dokumenti f’idejh.

Id-dokumenti li raw iċ-Ċina u r-Russja jistgħu jwasslu sabiex ir-Renju Unit ikollu problemi kbar sabiex jiġbor informazzjoni meqjusa bħala kruċjali.