Futbol Sport

Jhonnattann Benites għażel lil Valletta

L-attakkant Brażil ta’ 25 sena Jhonnattann Benites Da Conceicao għażel lil Valletta wara li fl-aħħar sigħat kienu għaddejjin anke’ diskussjonijiet ma’ Tarxien Rainbows.

Dan se jkun ritorn għal Benites ma’ Valletta, fejn lagħab għal perjodu qasir fl-2012 qabel issieħeb ma’ Birkirkara.

Jhonnattann Benites I

Qabel wasal f’pajjiżna Benites lagħab għal Cordoso Moreira FC fil-Brażil, fejn skurja 12-il gowl, imbagħad ma’ A.D. Cabofriense, dejjem fil-Brażil fejn skurja 10 gowls.

Minbarra klabbs oħra, lagħab ukoll għal Volta Redondafejn skurja 25 gowl f’żewġ staġuni, waqt li riċentament, wara li ħalla lil Birkirkara, Jhonnattann lagħab fil-Kampjonat Premier tal-Bahrain ma’ Al-Muharraq.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).