Il-Viċi-Kanċillier tal-Ġermanja, Sigmar Gabriel, qal li l-pajjiżi tal-Ewropa ‘qed jitilfu s-sabar mal-Greċja’ li qed tipprova tlaħħaq mal-impenji fuq id-djun li hi akkumulat mal-kredituri internazzjonali.
Il-Greċja, li sal-aħħar tax-xahar trid tħallas lura 1.5 biljun ewro lill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), qed tittama li tasal fi ftehim biex tikseb aktar fondi ta’ emerġenza skont il-bailout. Dan meta qed ikomplu t-taħditiet bejn Ateni u l-kredituri tagħha.
Intant, Gabriel kiteb fil-ġurnal Bild fejn qal li l-Ġermanja tixtieq li l-Greċja tkompli fiz-zona ewro. Iżda l-Viċi-Kanċillier Ġermaniż wissa wkoll li ma fadalx iż-żmien għal ftehim ‘u li qed tonqos il-paċenzja (b’din is-sitwazzjoni) madwar l-Ewropa’.
//= $special ?>