Futbol Sport

Nikola Vukanac iġedded bi tliet snin oħra ma’ Birkirkara

Id-difensur ta’ 29 sena Nikola Vukanac ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Birkirkara bi tliet snin oħra.

Kienu l-istess Birkirkara li ġabu lil Vukanac f’Malta fl-istaġun 2009/10 imma ntbagħat għand Vittoriosa Stars minħabba l-ammont ta’ barranin mal-klabb.

Vukanac, irritorna lura staġun wara biex ħa post Ronni Hartvig li rtira minħabba raġunijiet ta’ xogħol, hu prodott ta’ FK Zemun u lagħab ukoll għal FK Rimavska Sobota u FK Vranov fis-Slovakkja.

Dan is-sit kien diġa’ ħabbar li se ssir laqgħa dwar il-futur ta’ Vukanac ma’ Birkirkara bejn il-kowċ tal-istess klabb Giovanni Tedesco u l-istess plejer.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).