Futbol Sport

Peter Paul Sammut minn Gudja għall-Premier?

Peter Paul Sammut, l-eks plejer ta’ Hibernians li llum għandu 22 sena u li fl-aħħar snin lagħab ma’ Gudja United jista’ jkompli l-karriera tiegħu fil-Kampjonat Premier.

Sammut, li l-istaġun li għadda skurja tmien gowls fl-Ewwel Diviżjoni, qed jinteressa lil Pembroke Athleta u Tarxien Rainbows. Is-sigħat li ġejjin jistgħu jkunu determinanti għall-futur tiegħu.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).