Lokali

Tiżdied il-fiduċja f’Simon Busuttil

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qed jikseb mill-ġdid il-fiduċja ta’ dawk li fl-aħħar elezzjoni ġenerali vvutaw għall-ewwel darba lill-Partit Laburista filwaqt li saħħaħ il-fiduċja ma’ dawk qrib il-Partit Nazzjonalista.

Dan joħroġ minn studju żvelat mill-Malta Independent on Sunday li sar f’Mejju li għadda, wara l-elezzjoni tal-kunsilli Lokali, fost 700 persuna.

L-istudju juri li minn naħa l-oħra l-Prim Ministru Joseph Muscat naqqas fil-fiduċja tal-iswitchers, jiġifieri dawk li tradizzjonalment kienu jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista imma vvutaw lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjonijiet. Madankollu żied fil-fiduċja li jgwadi ma’ dawk leali għall-Partit Laburista.

Minbarra dan l-istudju juri wkoll li għall-ewwel darba l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista jinsabu ras imb’ras fil-mod kif iż-żagħżagħ ta’ 16-il sena se jivvutaw għall-ewwel darba.

Il-Prim Ministru Muscat igawdi l-ikbar fiducja fost il-pensjonanti, madankollu naqqas fil-fiducja tiegħu fost dawk ta’ eta’ bejn il-35 u t-52 sena.

Minn naħa l-oħra Simon Busuttil żied il-fiduċja fost nies li għandom bejn 25 u 34 sena u nies li għandhom iktar minn 50 sena.