Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Chris Cardon għat-tieni darba naqas li jwieġeb mistoqsijiet dwar persuni impjegati biex iservu bħala security fuq is-sit magħruf tax-Shipbuilding, fil-Marsa.
Il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-PN, Beppe Fenech Adami, staqsa lill-Ministru jgħid kemm hemm nies li ġew impjegati sabiex iservu bħala security fuq is-sit magħruf bħala l-Malta Shipbuilding fil-Marsa minn Marzu 2013 sal-lum; jgħid ukoll kif ġew ingaġġati dawn in-nies, ma’ liema entità governattiva ġew ingaġġati, x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, x’inhi l-paga li qed jirċievu u kif inhuma x-xiftijiet tax-xogħol tagħhom.
Staqsa wkoll lill-Ministru jgħid kienx hemm sejħa pubblika għal dawn il-postijiet tax-xogħol u jippreżenta lista tal-ismijiet kollha tan-nies impjegati.
Għaż-żewġ mistoqsijiet li saru fil-Parlament mill-4 ta’ Mejju li għadda, it-tweġiba kienet li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
//= $special ?>