Ma saret ebda stima jew studju ta’ kemm hu l-ammont f’termini ta’ nfiq li se jħalli l-pjan li ħabbar il-Gvern għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex, jiġifieri dak tat-turiżmu mediku u tas-saħħa f’Għawdex.
Għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi dwar jekk sarx xi studju jew stima b’rabta mal-pjani li ħabbar il-Gvern għas-settur tat-t-turiżmu mediku f’Għawdex, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis wieġeb fil-Parlament li l-unika stimi li ġew rappurtati kienu dawk ta’ kemm se jigi investit fil-proġett.
L-istudju dwar l-infiq li ser iħalli warajh dan il-proġett, qal il-Ministru għat-Turiżmu, għandu jsir fix-xhur li ġejjin.
//= $special ?>