L-ewwel akkwist għall-kowċ ġdid ta’ Floriana F.C. Lulù Oliveira se jkun id-difensur Federico Usai, li diġa’ rċieva kuntratt biex jiffirma għal sena b’għażla għas-sena ta’ wara wkoll.
Id-difensur ġej minn esperjenza tajba ta’ erba’ snin ma’ Muravera u għad għandu 21 sena. Hu diġa’ ħadem mal-istess Oliveira mal-istess klabb.
F’intervista lil sit Taljan, Usai kkonferma li se jingħaqad ma’ Floriana u qal li meta tiġi opportunita’ bħal din wieħed ma ‘ jistax jirrifjuta.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

