Il-midfielder ta’ 26 sena David Fenech se jirritorna lura ma’ Naxxar Lions wara li ntlaħaq ftehim bejn il-plejer u l-klabb.
Fenech beda l-karriera ma’ Mellieħa SC fit-Tieni Diviżjoni. Lagħab ukoll ma’ Balzan fl-Ewwel Diviżjoni kif ukoll fil-Premier qabel esperjenzi ma’ Mqabba u Tarxien Rainbows, dejjem fil-Kampjonat Premier.
Sentejn ilu David Fenech ingħaqad ma’ Nadur Youngsters qabel is-sena l-oħra ssieħeb ma’ Naxxar Lions.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

