Lokali

Ilment dwar l-imġiba ta’ ġurnalisti tal-media Laburista barra l-bini tal-Parlament

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina talab lill-Ispeaker tal-Parlament jieħu passi u jinvestiga l-aġir ta’ ġurnalist u cameraman tal-media Laburista li waqqfuh u mblukkawh milli jidħol fil-bini tal-Parlament minħabba li riedu jieħdu kumment.

L-inċident inqala’ fil-bidu tas-seduta tal-lejla meta d-Deputat Nazzjonalista twaqqaf b’imġiba mhux korretta u b’nuqqas ta’ etika mill-ġurnalisti tal-media Laburista.

L-Ispeaker wieġeb li kien se jinvestiga l-ilment.