Futbol Sport

Laqgħa importanti bejn il-kowċ ta’ Birkirkara Giovanni Tedesco u Nikola Vukanac

Għada s-Sibt mistennija tinżamm laqgħa bejn il-kowċ ta’ Birkirkara Giovanni Tedesco u d-difensur Serb ta’ 29 sena Nikola Vukanac fejn mistenni jkun deċiż il-futur tal-plejer.

F’dawn l-aħħar jiem Vukanac kien imsiefer biex jara l-familja u l-plejer mistenni lura fis-sigħat li ġejjin sabiex ikun deċiż jekk hux se jerġa’ jilbes il-flokk ta’ Birkirkara jew le.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).