Futbol Sport

Mosta mistennija jakkwistaw lin-Niġerjan Mohammed Usman

Il-midfielder u captain tat-tim nazzjonali tan-Niġerja fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena Mohammed Usman mistenni jkun wieħed mill-akkwisti ta’ Mosta F.C. għall-istaġun li ġej.

F’pajjiżu Usman hu meqjus bħala plejer b’potenzjal qawwi, u kien ukoll captain ta’ Taraba FC, klabb li tiegħu l-eks internazzjonali Niġerjan Tijani Babangida hu uffiċjal għoli.

Kien propju l-istess Babangida, li fl-aħħar jiem beda jikkopera ma’ Mosta F.C., li skopra lil Mohammed jilgħab il-futbol fi triq f’Sokoto, fin-Niġerja.

Hu ddeskrivieh bħala “plejer b’talent naturali”, imma wkoll “żagħżugħ li kapaċi jrebbħek logħba, b’kapaċitajiet tajba ta’ leadership kemm barra u fil-grawnd.”

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).