Il-Kap tal-Oppożizzjoni jinsisti mal-Prim Ministru biex jerfa’ r-responsabbiltà li qed jiggverna u jagħti l-informazzjoni
Il-Prim Ministru Joseph Muscat għal kważi 30 minuta baqa’ jirrifjuta fil-Parlament li jwieġeb mistoqsijiet ċari u sempliċi tal-Kap tal-Oppożizzjoni u ma tax informazzjoni dwar l-ismijiet ta’ dawk li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija u għandhom il-passaport Malti, u minn liema pajjiż huma dawk li f’Mejju li għadda l-Gvern ikkonferma li kienu approvati 17-il applikazzjoni biex jingħataw iċ-ċittadinanza u l-passaport Malti.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa lill-Prim Ministru mistoqsijiet sempliċi u ċari, biex jgħid min huma l-persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija u minn liema pajjiż ġejjin, bil-Prim Ministru jibqa’ ma jwieġeb bl-ebda mod u ma jagħti ebda informazzjoni. Minflok il_Prim Ministru għażel li jistaqi hu lill-Oppożizzjoni x’inhi l-pożizzjon tagħha llum dwar il-programm ta’ investiment u ċitadinanza Maltija.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni ddikjara li l-iggvernar ta’ pajjiżna jinsab fir-responsabbiltà tal-Prim Ministru li għandu jwieġeb hu għall-mistoqsijiet, u mhux il-Prim Ministru jagħmel il-mistoqsijiet lill-Oppożizzjoni biex jirrifjuta u jaħrab milli jwieġeb.
Għal kważi nofs siegħa, il-Gvern baqa’ jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni, bil-Kap tal-Oppożizzjoni jitlob ukoll lill-Prim Ministru jgħid meta se jkun qiegħed ilaqqa’ l-Kumitat ta’ Skrutinju dwar l-Iskema taċ-Ċittadinanza Maltija biex il-Prim Ministru, jagħti l-informazzjoni li qed titlob l-Oppożizzjoni b’mod mill-aktar trasparenti kif jiftaħar ħafna il-Gvern.
It-tweġiba tal-Prim Ministru kienet li hu qed jimxi skont il-liġi li torbot l-iskema taċ-ċittadinanza Maltija u hu fl-obbligu li jlaqqa’ ta’ lanqas darba f’sena l-Kumitat u jagħti l-ismijiet tal-persuni li ħadu l-passaport u ċ-ċittadinanza Maltija u minn liema pajji ġejjin.
Għall-mistoqsijiet ripetuti li għamel il-Prim Ministru biex l-Oppo’izjzoni tgħid x’inh l-pożizzjoni dwar l-iskema taċ-ċittadinanza, il-Kap tal-OppożizzjonI Simon Busuttil qal li l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni hi dikjarata u ċara, u dan wara li l-Gvern bidel għal darba, tnejn u tlieta l-pożizzjoni u l-iskema tal-bejgħ tal-passaport u ċ-ċittadinanza Maltija.
Dan id-dibattitu fil-Parlament tqajjem wara mistoqsija parlamentari li saret mix-Shadow Minister Jason Azzopardi li staqsa kemm-il applikazzjoni ġiet sottomessa u approvata, bil-Ministru Carmelo Abela jwieġeb bil-mitkub billijirreferi gġal tweibiet oġrajn li ta fix-xhur li gġaddew.
Kienu diversi l-mistoqsijiet supplimmentari li tressqu wkoll lill-Gvern, fosthom mix-Shadow Ministers Claudio Grech u Jason Azzopardi, u mid-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono, fejn il-Gvern intalab jgħid x’sar u x’qed isir mill-flus depozitati bil-bejgħ taċ-ċittadinanza, u li hu stmat li jlaħħqu €8.5 miljunmin se jamministrahom u meta se jidlu fil-fond imwaqqaf għal dan il-għan.
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg li kien qiegġed iwieġeb għall-Ministru Carmelo Abela li kien imsiefer fuq xogħol, qal li ma kellux l-informazzjoni u talab lill-Oppożizzjoni tagħmel il-mistoqsijiet bil-miktub. Lanqas il-Prim Ministru ma wieġeb jew ta din l-informazzjoni.
//= $special ?>