Naxxar Lions jinsabu f’diskussjonijiet mal-midfielder Brażiljan Armando Tarlazis Viera dos Santos, magħruf aħjar bħala Mandinho, li għandu 31 sena.
Fil-passat dan il-plejer lagħab ma’ Mosta u preżentament hu qed jilgħab fl-ogħla diviżjoni tal-Litwanja ma’ FK Nevezis. Lagħab ukoll ma’ Atletas Kaunas, FC Klaipeda, Banga Gargzdai u Ekranas fil-Litwanja, kif ukoll JK TransNarva fl-Estonja.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

