Lokali

Ritratti: Ħabtet ma’ karozza, ħadet in-nar u nqerdet għalkollox

Ritratti : Vince Mizzi

Karozza ħadet in-nar u nqerdet għalkollox ftit wara li ħabtet ma’ karozza oħra.

Il-ħabta, seħħet fil-bypass  li mill-Marsa twassal għal Ħal-Qormi u fiha kienu involuti karozza Skoda Favorit u Fiat.

Mad-daqqa, bumper to bumper, il-karozza, Skoda, ħadet in-nar.

Fuq il-post waslu l-Pulizija li ppruvaw jitfu n-nar, imma ma rnexxielhomx u ssejħu ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

 

hrtuq