Lokali Parlament

160 uffiċjal għal 10 persuni

Ċentru ta' detenzjoni f'Malta

Għal għaxar persuni li fil-preżent qegħdin jinżammu f’Ċentru ta’ Detenzjoni, hemm 160 detention officers.

Dan jirriżulta minn numru ta’ mistoqisjiet parlamentari li tressqu fl-aħħar ġimgħat fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici.

Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, wieġeb fil-Parlament li fil-preżent huma għaxra l-persuni, jew immigranti irregolari, li qegħdin jinżammu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi. Tlieta huma minn Niġerja u l-Libja, tnejn mis-Somalja u persuna waħda mis-Sirja u minn Benin.

Jirriżulta li l-aħħar impjiegi għal detention officers saru f’Mejju tas-sena l-oħra meta wara sejħa pubblika kienu impjegati 40 persuna.