Noel Mifsud, ta’ 40 sena mill-Belt, intlaqat minn xi tiri f’siequ x-xellugija waqt sparatura fejn il-Forti Sant’Iermu fil-Belt. L-isparatura seħħet għall-ħabta tal-10.45am fuq il-Fosos li hemm barra l-Forti.
Persuni li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li l-sparatura seħħet wara argument bejn żewġt irġiel, bl-aggressur jispara u jolqot lill-vittma.
Għalkemm il-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex stabbilita, persuni fil-post qalulna li l-vittma ġarrab feriti ħfief, tant li deher jitla’ bil-mixi f’Ambulanza li waslet fil-post.
Fil-post waslu wkoll Pulizija tad-Distrett, li qed jinvestigaw il-każ. L-aggressur ħarab mill-post, iżda l-Pulizija qabdet lill-allegat agressur ftit wara, li hu raġel ta’ 35 sena mill-Belt.
Ir-raġel qiegħed jinżamm għall-iktar stħarriġ.
//= $special ?>