Futbol Sport

Carlo Monti qrib il-firma ma’ Qormi F.C.

L-attakkant Skoċċiż ta’ 23 sena Carlo Monti jasal Malta llum u mistenni jiffirma ma’ Qormi fis-sigħat li ġejjin.

L-istaġun li għadda Monti lagħab ma’ Żebbuġ Rangers fil-Kampjonat Premier. Fil-passat Monti lagħab ukoll mat-tim nazzjonali taż-żgħar tal-Iskozja waqt li kien qed jiżviluppa fl-akkademja ta’ Celtic.

Fost id-diversi klabbs li lagħab magħhom, hu kien ma’ Greenock Morton, Kings Park Rangers AFC, Drumchapel United AFC, Arbroath, Pollok u Dundee.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).