Kunċert ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti
Wara s-suċċess tal-album tagħha ‘Hawn Jien’ b’kanzunetti oriġinali bil-Malti, Corazón se tkun qed ittella’ kunċert fi Pjazza Teatru Rjal dan is-sajf.
Għal dan il-kunċert, Corazón se tkun akkumpanjata minn grupp ta’mużiċisti mill-aqwa taħt it-tmexxija ta’ Dominic Galea li flimkien ser jinterpretaw dawn il-kanzunetti bil-Malti.
Il-kanzunetti ser jieħdu tifsira aktar wiesgħa permezz ta’ filmati qosra li jakkumpanjaw il-kanzunetti. Corazón tieħu ħsieb li l-kunċerti tagħha ma jkunux biss wirja mużikali daqskemm jibqgħu ttimbrati fil-memorja ta’ min jattendi bħala esperjenza. Għaldaqstant, għal dan il-kunċert qed jiġu ppreparati serje ta’ sorpriżi u elementi oriġinali. Il-kunċert ser ikun ippreżentat minn Daniel Chircop li ser jagħmel wkoll interventi komiċi bejn kanzunetta u oħra.
Fl-ewwel kunċert tagħha fil-Każin Malti, il-Belt, il-biljetti kienu sold out ġimgħa qabel. Għaldaqstant, huwa importanti li wieħed jaħseb kmieni għall-biljetti ta’ dan il-kunċert li ser jittella’ nhar is-Sibt 11 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta fid-9.00pm. Biljetti jinkisbu minn www.ticketline.com.mt.
//= $special ?>

