Futbol Sport

Edward Azzopardi assistent kowċ ta’ Gżira United

L-eks kowċ u plejer ta’ Żejtun Corinthians Edward Azzopardi se jkun l-assistent tal-kowċ Darren Abdilla fit-tmexxija ta’ Gżira United.

Iż-żewġ coaches ħadmu flimkien meta Darren Abdilla kien kowċ ta’ Birżebbuġa St Peters fit-Tieni Diviżjoni u Azzopardi kien plejer tal-istess klabb.

Fl-aħħar jiem dan is-sit żvela wkoll li l-eks Team Manager ta’ Vittoriosa Stars Marlon Galea se jkun it-Team Manager ta’ Gżira waqt li l-eks fiżjoterapista ta’ Floriana Karl Rizzo Naudi nħatar fiżjoterapista ta’ dan il-klabb.

Minn informazzjoni li għandna, is-Sibt li ġej mistennija l-approvazzjoni tal-istaff tekniku kollu ta’ Gżira United, fejn minbarra dawn l-uffiċjali għandhom jiġu approvati anke’ l-Goalkeeper Coach, Physical Trainer u l-Kit Manager.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).