Futbol Sport

Floriana jħabbru żewġ ħatriet fl-istaff tekniku … u l-ewwel akkwist

Romeo Schembri (ritratt) hu l-kowċ tal-goalkeepers ġdid ta’ Floriana F.C. wara li fil-passat ħadem ma’ Sirens F.C. u Naxxar Lions F.C.

Ingħaqad fl-istaff tekniku tal-klabb anke’ l-physical trainer Taljan Daniele Muraglia li fil-passat ħadem mal-kowċ ġdid Luis oliveira ma’ Pro Patria.

Floriana ħabbru b’mod uffiċjali wkoll l-akkwist taż-żagħżugħ ta’ 21 sena Federico Usai, kif imħabbar ilbieraħ fuq dan is-sit.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).