Internazzjonali

Forzi Kurdi jieħdu lura l-belt ta’ Tal Abyad mingħand l-ISIS

Forzi Sirjani Kurdi ħadu lura l-belt strateġika ta’ Tall Abyad li kienet ikkontrollata mill-ISIS fis-Sirja. Din il-belt hi waħda strateġika tul il-fruntiera mat-Turkija u hi ta’ importanza kbira għaliex minnha kienu jgħaddu l-provvisti għall-ISIS.

L-aħbar hi uffiċjali hekk kif il-kelliem tal-Kurdish People’s Protection Units (YPG) Redur Xelil fi stqarrija qal li l-belt issa hi totalment taħt il-kontroll tal-Kurdi. Din ir-rebħa kienet possibbli anke’ grazzi għal sensiela ta’ attakki mill-ajru mmexxija mill-Istati Uniti.

Madankollu l-ġlied biex il-Kurdi ħadu lura l-belt wassal biex mas-16,000 persuna kellhom jaħarbu lejn it-Turkija. Dan wassal biex l-awtoritajiet Torki fetħu l-fruntiera.