Internazzjonali

‘Għad nistgħu naraw il-qerda tal-ekosistemi’ – il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku qal li jekk id-dinja tonqos minn azzjoni urġenti fil-konfront tal-bidliet fil-klima ‘għad nistgħu naraw il-qerda sħiħa tal-ekosistemi bħala parti minn fenomenu li kapaċi jseħħ matul dan is-seklu’.

Dan joħroġ minn abbozz tal-enċiklika tal-Papa dwar l-ambjent li ilha mistennija għal żmien. Permezz tal-versjoni Taljana tad-dokument (ta’ 192 paġna) ippubblikata mill-ġurnal l’Espresso, il-Papa jtenni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għax-xjenzati li jgħidu li l-global warming hu, fil-parti kbira, dovut għall-attivitajiet tal-bniedem.

Il-Kap tal-Kattoliċi jemmen ukoll li l-pajjiżi żviluppati għandhom responsabbilta partikolari biex irażżnu x-xejriet (li jikkawżaw il-global warming) li jweġġgħu l-aktar lill-fqir.

Il-Vatikan ikkundanna dan il-leak tad-dokument qabel iż-żmien iżda ma ċaħadx li hu awtentiku. Kelliem għas-Santa Sede, fl-istess ħin, tenna li din mhix il-versjoni finali tal-enċiklika li għandha tinżamm taħt embargo sa nhar il-Ħamis; il-jum meta toħroġ uffiċjalment għall-konsum tal-pubbliku.