L-atleta tat-thriatlon Graham Borg rebaħ il-Mondello Cup Sprint Triathlon li saret fi Sqallija fl-aħħar jiem. Hu kkompeta u għeleb xejn inqas minn 175 atleta oħra.
Graham, li f’pajjiżna jifforma parti mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club għamel b’suċċess għawma ta’ 750m, 20km ċikliżmu u ġirja ta’ 5km.
Borg kien l-ewwel li ħareġ mill-ilma minkejja kompetizzjoni qawwija minn ħamsa mill-aqwa għawwiema fil-kompetizzjoni. Fiċ-ċikliżmu mbagħad żied il-vantaġġ tiegħu u temm b’ġirja li assiguratu minn vantaġġ ta’ minuta fuq it-tieni atleta.
Fl-istess kompetizzjoni ħa sehem ukoll il-malti Mondello Cup Sprint li kklassifika fit-tieni post fil-kategorija tiegħu l-ħdax-il post overall.
Wara din l-esperjenza, Borg issa jieħu sehem fil-Garmin Barcelona Triathlon fejn se jikkompetu iktar minn 7,000 triatleta.
//= $special ?>