Futbol Sport

Ikompli t-tibdil fil-klabb ta’ Nadur Youngsters

Il-kowċ tal-iskwadra ewlenija ta’ Nadur Youngsters Gottard Conti u l-Genearal Manager Jamie Enriquez ħallew il-klabb.

Kif ħabbar dan is-sit fl-aħħar jiem, it-tmexxija tal-iskwadra issa għaddiet f’idejn l-eks head coach fin-Nursery, Joe Portelli.

Dan it-tibdil seħħ wara d-deċiżjoni tal-MFA li rrelegat lil Nadur Youngsters għat-Tieni Diviżjoni fuq każ ta’ korruzzjoni.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).