Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi stqarrija avża lill-pubbliku li minn testijiet li saru minn kampjuni ta’ ilma baħar tal-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa ma nstab l-ebda kontaminazzjoni.
Għaldaqstant fl-istqarrija, id-Direttorat javża lill-pubbliku li l-Bajja s-Sabiħa qiegħda mill-ġdid tinfetaħ għall-għawm u fis-sigħat li ġejjin ħaddiema mid-Direttorat se jkunu qegħdin ineħħu t-tabbelli li twaħħlu fl-aħħar jiem.
It-testijiet mill-Laboratorju Pubbliku saru fuq kampjuni ta’ ilma li ttieħdu mill-Bajja s-Sabiħa, saru wkoll testijiet onsite fil-bajja. Minn dawn it-testijiet irriżulta li ma nstab l-ebda aġent jew żejt minerali li jista’ jagħmel ħsara.
//= $special ?>



