Filwaqt li l-maġġoranza kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea raw tnaqqis fid-duħħan tal-karozzi ta’ madwar 5%, il-poplu Malti u Għawdxi kellu żieda ta’ 2.5% fid-duħħan matul is-sena li għaddiet, u dan konsegwenza tat-traffiku tal-karozzi. Dan jirriżulta minn statistika tal-Aġenzija Ewropea tal-Istatistika, l-Eurostat.
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li qabel l-elezzjoni, Joseph Muscat kien wiegħed li kellu pjan biex inaqqas it-traffiku f’pajjiżna. Qal li kellu roadmap, iżda jidher li anke r-roadmap weħlet fit-traffiku. Fil-fatt, mhux talli t-traffiku ma naqasx, talli t-traffiku sar l-akbar uġiegħ ta’ ras għall-poplu Malti u Għawdxi, kif irriżulta minn stħarriġ li sar mill-gazzetta Maltatoday. Dan minbarra l-fatt, li issa anke l-Eurostat qed tgħid li d-duħħan żdied bi 2.5%.
L-Oppożizzjoni terġa’ tappella lill-Gvern biex jiplimenta din il-famuża roadmap li għandu biex jittaffa t-traffiku f’pajjiżna, jew tal-anqas ma jkomplix jiżdied. It-traffiku f’pajjżina mhuwiex perċezzjoni, u wisq anqas huwa perċezzjoni d-duħħan fil-pulmun tal-poplu Malti u Għawdxi.
Il-poplu Malti u Għawdxi mhux biss qed jibla’ iżjed duħħan ikkawżat mit-traffika, iżda għal bosta xhur, ħallas fost l-ogħla prezzijiet tal-petrol u d-diesel fl-Ewropa biex jagħmel tajjeb għall-iskandli ta’ Joseph Muscat, bħal dak tal-Cafe’ Premier, il-paga ta’ €13,000 għall-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, l-indħil tal-istess Konrad Mizzi fil-proċess tax-xiri taż-żejt li wassal għal telf ta’ €14-il miljun, kif ukoll l-iskandlu tal-ġurnata : dak ta’ Strada Zekka.
Ma’ Joseph Muscat, f’kull minuta li tagħmel fit-traffiku, tkun qed tħallas biex tagħmel tajjeb għal xi skandlu b’riħa ta’ korruzzjoni.
//= $special ?>