Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, 16 ta’ Ġunju.
IN-NAZZJON juri ritratt ta’ grupp ta’ għaqdiet ambjentali li nhar is-Sibt se jkunu qed jorganizzaw protesta nazzjonali quddiem il-Parlament fil-Belt kontra l-bini ta’ art ODZ f’Marsaskala.
Il-ġurnal TIMES OF MALTA jirrapporta li l-periti tad-Dipartiment tal-Artijiet kienu qed janalizzaw l-art mogħtija lil Gaffarena f’Baħar iċ-Ċagħaq tliet ijiem biss wara li l-istess Gaffarena kien offra l-bejgħ tal-propjeta’ fi Strada Żekka. Dan ifisser li Gaffarena kellu nformazzjoni minn ġewwa, għax kollox sar f’temp ta’ ftit ġranet.
L-ORIZZONT bi storja ta’ tifla Ġermaniża li tattendi l-iskola ta’ San Pawl il-Baħar u li għal xi ħin kienet rappurtata nieqsa wara li ħarbet mill-iskola.
THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta kif mara li qed tikkura l-kanċer issib ruħha f’pożizzjoni li tonfoq €3,500 fix-xahar għat-trattament.
//= $special ?>