Jinsab f’qagħda kritika s-sewwieq ta’ mutur li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Għawdex ilbieraħ filgħaxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-19:20 fi Triq Santa Katarina x-Xewkija Għawdex.
Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Pulizija qalu li l-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri ġiet infurmata rigward il-każ fejn min-naħa tagħha ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-ħabta tal-bieraħ kienet bejn karozza tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti Kerċem u bejn il-mutur li kien misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti Kerċem ukoll.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed immedjatament l-isptar.
Ritratti: Lorne Cremona
//= $special ?>