Internazzjonali

Inqatel il-Mexxej tal-al-Qaeda fil-Jemen

Il-Mexxej tal-al-Qaeda fil-Jemen Sheikh Nasser al-Wahayshi u żewġ ġellieda tal-al-Qaeda nqatlu waqt attakk mill-ajru mill-Istati Uniti.

Din l-aħbar kienet ikkonfermata mill-grupp terroristiku stess, li ħabbar li l-eks Kmandat tal-Armata Qassim al-Raymi se jkun il-Mexxej il-ġdid tal-al-Qaeda.

Il-Mexxej maqtul kien qrib ħafna ta’ Osama bin Laden u kien ilu jmexxi l-al-Qaeda fil-Jemen sa mill-2009.