Għawdex Lokali

Jingħata l-aħħar tislima Dun Karm, l-ixjeħ saċerdot Għawdxi

Antonella Grima minn Għajnsielem, Għawdex

Illum ingħatat l-aħħar tislima lil Dun Karm Cassar, l-ixjeħ saċerdot Għawdxi, li miet nhar il-Ġimgħa fl-eta’ ta’ 93 sena.

Dun Karm, li kien minn Għajnsielem, jibqa’ mfakkar għall-kontribut kbir li ta lir-raħal ta’ Għajnsielem. Ħafna Għajnselmiżi ddeskrivew lil Dun Karm, bħala bniedem qaddis u saċerdot eżemplari.
Dun Karm mexxa ċ-Ċirklu tal-Azzjoni Kattolika f’Għajnsielem għal sitta u għoxrin sena sħaħ. Barra minn hekk kien ukoll direttur tal-gurpp tal-Abbatini, direttur tal-Leġjun ta’ Marija u anke għal tmienja u tletin sena għallem il-katekiżmu.
Fl-1995 Dun Karm ġie mogħti l-premju ta’ Ġieħ Għajnsielem mill-Kunsill Lokali, bħala turija ta’ apprezzament għall-ġid li wettaq fir-raħal.

Fil-funeral, għall-ewwel il-katavru kien espost għall-qima tal-pubbliku fil-Knisja l-Qadima t’Għajnsielem. Biex aktar tard l-ET. Mons Mario Grech mexxa quddiesa presente catavre fil-knisja Arċipretali tal-Madonna ta’ Loreto f’Għajnsielem.

funeral dun karm 1

 

 

funeral dun karm 2