Il-Pulizija fl-Awstralja qed tfittex żewġt irġiel li serqu meteorita li kienet ilha biss esposta f’mużew fi Queensland għal xahar.
Il-Pulizija qed tappella lill-pubbliku jgħinha hekk kif ħarġet filmat li juri liż-żewġt irġiel ikissru tieqa tal-mużew Crystal Caves f’Atherton fi Queensland. Malli daħlu fil-bini, raġel qagħad għassa mad-daħla waqt li l-ieħor kisser il-vetrina.
It-tnejn li huma mbagħad ħarbu bil-meteorita li tiżen madwar 11.25 kilogramma.
Il-meteorita kienet instabet fl-inħawi tal-Punent tal-Awstralja, f’Wolf Creek, fis-snin Sebgħin u ngħatat b’donazzjoni lill-mużew f’Mejju li għadda.
//= $special ?>