L-attakkant Brażiljan Jorge Santos Silva jinsab eqreb li jiffirma ma’ Hibernians.
Dan kien żvelat waqt il-programm Replay Ikompli tal-bieraħ filgħaxija mill-President il-ġdid ta’ Naxxar Lions David Vella.
Għal Santos Silva, li preżentament hu plejer ta’ Naxxar, hemm interess ukoll minn Birkirkara, Qormi u Valletta.
Waqt l-istess programm tal-bieraħ, it-tim manager ta’ Hibernians, Jeffrey Farrugia ikkonferma l-interess tal-klabb f’dan il-plejer u qal ukoll li fil-każ ta’ Gilmar, li hu ukoll plejer ta’ Naxxar, hemm qbil mal-klabb iżda l-plejer għad irrid jiffirma għaliex bħalissa jinsab barra minn Malta.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

